Wednesday, April 24, 2024

Żagħżugħ jindarab gravi wara ħabta fil-Għargħur

Aqra wkoll

Żagħżugħ iddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-kwarta kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tal-Balal fil-Għargħur.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW X1, misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi u Hyundai Getz, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti r-Rabat.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport