Żagħżugħ ta’ 20 sena, li ismu ma’ jistax jxxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti, akkużat li hedded u li attakka lill-oħtu ż-żgħira. Huwa kien akkużat ukoll li hedded tliet membrii tal-familja.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur tal-Pulizija Colin Sheldon, spejga kif madwar tlett ijem ilu filgħaxija, il-Pulzija rċeviet telefonata mingħand oħt l-akkużat, fejn irraportat li ħuha pprova jaggrediha. Il-familjari taż-żagħżugħ spjegaw mal-Pulizja li dan l-aħħar kienu qed jibżgħu mll-imġieba tiegħu, tant li kienu jissakkru fil-kmamar rispettivi tagħhom u jevitaw li jikkomunikaw miegħu.
L-imputat, li qal lill-Qorti li ma kellux indirzz fiss, wieġeb li mhux ħati għall-akkużi mġjuba kontrih, bl-Ispettur jitlob lill-Qorti biex toħroġ ordni ta’ protezzjoni. Kien hawn fejn id-Difiża qalet lill-Qorti, li n-nanna tal-akkużat kienet lesta tħallih jgħix magħha għalissa sakemm s-sitwazzjoni tkun aħjar.
In-nanna taż-żagħżugħ xehdet fil-Qorti u meta kienet mistoqsija mill-Maġistrat Monica Vella li ppresidiet l-każ, jekk taħsibx li l-imputat setax jirrepeti l-allegat reat fuqha, l-anzjana wieġbet li tħoss li hu mprobabbli. Hija qalet li ma taħsibx li n-neputi kien se jagħmel dan u sostniet li meta jkollha telefonatamiegħu, ta’ spss jgħidilha kemm iħobbha u li kemm għandhom relazzjoni tajba flimkien.
Il-Maġistrat Vella tat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li jiffirma ktieb l-Għassatliet darbiet fil-ġimgħa, depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
Minbarra li poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’ trattament u superviżjoni għat-tul tal-proċeduri, il-Maġistrat ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-allegati vittmi u wissiet liż-żagħżugħ biex jikkopera mal-uffiċjal tal-probation tiegħu.