Żagħżugħ ta’ 23 sena se jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-10:30 a.m, quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, wara li ġiet arrestat fil-Belt Valletta b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga kannabis.
Nhar il-Ħamis li għadda, għall-ħabta tal-4:00 p.m, waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Triq Melita, innutaw vettura li kienet qed tinstaq kontra d-direzzjoni tat-traffiku u għalhekk twaqqfet sabiex tinħareġ kontravenzjoni.
Kien f’dak il-mument li x-xufier qajjem suspett li seta’ kellu xi ħaġa llegali. Minn tfittxija li saret, irriżulta li r-raġel kien fil-pussess ta’ madwar 90 gramma sustanza
suspettata droga kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Huwa ttieħed l-Għassa tal-Pulizija fejn tkomplew l-investigazzjonijiet.