Saturday, December 28, 2024

Żagħżugħ ta’ 20 sena jammetti li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla ta’ 14-il sena

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 20 sena tpoġġa taħt probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 14-il sena. Hu kien akkużat li s-sena li għaddiet kkorrompa u anke wettaq attività sesswali mal-imsemmija tfajla.

It-tfajla qalet li hija kienet f’relazzjoni stabbli mal-akkużat u anke qegħdin jistennew tarbija flimkien. Xehdet li l-ewwel darba li kellha x’taqsam sesswalment miegħu kien meta kellha 14-il sena u dan dejjem sar bil-kunsens tagħha. Qalet li ma tixtieqx tkompli b’dawn il-proċeduri.

Omm it-tfajla qalet li hija kienet konxja li bintha kienet f’relazzjoni mal-akkużat filwaqt li xehded li ma kellha -lbeda problema b’din ir-relazzjoni tant li ddeskriviet lill-akkużat bħala raġel bieżel u li kien juri rispett kbir lejn bintha. Qalet li tqisu bħala wieħed minn uliedha u li bintha u hu għandhom pjan li jibnu familja flimkien.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qieset li ż-żagħżugħ ammetta mill-ewwel kif ukoll qieset li bejniethom kien hemm differenza ta’ 6 snin. Ġie nnutat ukoll li kull relazzjoni sesswali li kien hemm saret bil-kunsens tat-tnejn.

Il-Qorti wara li semgħet lill-akkużat jammetti, sabitu ħati u poġġietu taħt ordni ta’ probation għal tliet snin.

Ekonomija

Sport