Sunday, December 22, 2024

Zelensky iwiegħed li l-Ukreni se jimmanifatturaw aktar armi

Aqra wkoll

Il-President tal-Ukrajna , Volodymyr Zelensky wiegħed li fis-sena 2024, se jkun hemm żieda qawwija fl-ammont ta’ armi, li se jipproduċu ruħhom fl-Ukrajna stess. Dan qalu fil-messaġġ ewlieni tiegħu għal bidu ta’ sena ġdida, fejn wiegħed ukoll li d-difiża Ukrena, se tkun qegħda taħdem qatigħ sabiex tipproduċi minn tal-inqas madwar miljun drone.

Intant, il-President Russu, Vladimir Putin ta l-indirizz tiegħu tas-sena l-ġdida, fejn faħħar l-armata Russa, mingħajr ma’ għamel enfasi fuq il-gwerra. Huwa faħħar lis-suldati tiegħu, tant li rrefera għalihom bħala eroj, hekk kif skontu huma dejjem ikunu minn ta’. quddiem fil-ġlied għal verita.

Il-messaġġi taż-żewġ presidenti waslu ftit sigħat qabel aktar attakki. Dan hekk kif, fl-ewwel jum tas-sena, għall-ħabta tas-2:00 a.m, ir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Odes fl-Ukrajna safa attakkat, bil-konsegwenza li nqatlu ħames persuni u indarbu iktar minn għaxar persuni.

L-Ukrajna, wettqet ukoll sensiela ta’ attakki fuq il-belt Russa ta’ Belgorod matul il-jum as-Sibt, liema attakk ħalla minn tal-inqas 41 persuna mejta. Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali Russi qalu li konsegwenza tal-istess attakk, kien hemm 110 persuna midruba, inkluż tfal.

Ekonomija

Sport