Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Żewġ akkwisti ġodda għal Sliema Wanderers

Żewġ akkwisti ġodda għal Sliema Wanderers

0
79

Sliema Wanderers ħabbru żewġ akkwsiti ġodda – Robin Polley u Ionut Cojocaru Sebastian.

Robin Polley jingħaqad mal-klabb bħala d-difensur lemini l-ġdid tagħhom.

Id-difensur mill-Ghana jġib miegħu esperjenza internazzjonali u Ewropea fl-iskwadra, wara li qabel lagħab kemm fl-Olanda kif ukoll fil-Finlandja, filwaqt li kien ukoll parti mit-tim nazzjonali tal-youths tal-Ghana.

Polley diġà għamel id-debutt tiegħu għall-Blues fl-aħħar logħba kontra Birzebbuga SP, fejn wera l-kwalità u l-abbiltà tiegħu mill-bidu nett.

Intant, Sliema akkwistaw ukoll lill-winger Rumen Ionut Cojocaru Sebastian.

Ionuet huwa player internazzjonali tal-youths tar-Rumanija u jingħaqad mal-Blues b’ esperjenza siewja fil-livell internazzjonali tal-youths.

Bħal Polley, Ionut għamel id-debutt tiegħu ma’ Sliema nhar il-Ħadd li għadda kontra Birzebbuga, u saħansitra rnexxileu jsib ix-xibka proprju fl-ewwel dehra tiegħu għall-klabb.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here