Il-Pulizija arrestat żewġ Albaniżi, wieħed ta’ 46 sena u l-ieħor ta’ 33 sena, b’rabta ma’ serq minn djar.
Dan huwa żviluppi importanti fl-investigazzjonijiet intensivi li saru fir-rigward ta’ serqiet li twettqu minn residenzi privati f’lokalitajiet differenti,
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li l-persuni involuti kienu jiffurmaw parti minn grupp internazzjonali ta’ kriminalità organizzata.
Huma kienu ħarbu mill-pajjiż ftit wara li wettqu s-serqiet.
Il-Pulizija kompliet issegwi l-passi tagħhom fejn irriżulta li matul il-lejl ta’ bejn il- Ħamis u l-Gimgħa huma rritornaw Malta.
Iż-żewġt irġiel ġew arrestati fl-ajruport.
Il-vittmi ta’ dawn is-serqiet ġew mitkellma mill-Pulizija u ngħataw l-assistenza kollha neċessarja mill-Victim Support Unit.
Iż-żewġ Albaniżi se jitressqu dalgħodu fil-Qorti qudiem il-Maġistrat Jean Paul Grech.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin