Monday, December 23, 2024

Żewġ anzjani jsofru xi ġrieħi wara argument bejnithom f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Żewġt irġiel, wieħed ta’ 63 sena residenti Raħal Ġdid u ieħor ta’ 69 sena residenti ż-Żejtun qed isofru minn xi ġrieħi, wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-12:15 p.m fi Triq il-Lampuka, f’Raħal Ġdid, kienu involuti f’argument bejnithom

Minn investigazzjoni illi saret, irriżulta li waqt l-istess argument, allegatament intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Ir-raġel ta’ 69 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor ttieħed fl-eqreb Ċentru tas-saħħa fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport