Thursday, July 2, 2026

Żewġ minuri jweġġgħu wara li karozza ħabtet f’binja abbandunata

Aqra wkoll

Żewġ minuri ta’ 16 u 13-il sena ndarbu wara li l-karozza li kienu fiha, tat-tip Kia Picanto, ħabtet f’binja abbandunata f’Ħ’Attard.


L-inċident seħħ il-Ħamis, għall-ħabta tat-3.00 a.m., fi Triq il-Kbira.
Il-Pulizija kif ukoll tim mediku marru minnufih fuq il-post sabiex jassistu, biż-żewġ minuri jittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.


Aktar tard, il-ġuvni ta’ 16-il sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport