Sunday, December 22, 2024

Żewġ sewwieqa ta’ mutur isofru xi ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Żewġ sewwiqa ta’ mutur qed isofru xi ġrieħi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-9:30 a.m, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Suzuki misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti n-Naxxar u mutur Honda misjuq
minn raġel ta’ 35 sena residenti Ta’ Xbiex.

Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Aktar tard ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Ekonomija

Sport