Saturday, May 4, 2024

Mijiet ta’ tfal mill-Girl Guides u l-Iscouts jagħtu ħajja fil-Belt bil-parata annwali

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Gruppi tal-Girl Guides u tal-Iscouts minn madwar il-pajjiż kollu lbieraħ żammew l-appuntament annwali tagħhom tal-parata fil-Belt Valletta, parata mill-isbaħ li fiha jiċċelebraw il-volontarjat u l-ħidma tagħhom fejn l-għan ewlieni huwa dak li jgħinu lit-tfal jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkunu aktar indipendenti.

F’din l-okkażjoni, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ngħatat is-salut mill-eluf ta’ ‘beavers’ u ‘dolphins’, ‘cubs u brownies’, guides u scouts, ventures u rangers, rovers u senior rangers, flimkien mal-leaders u l-mascots tagħhom.
Fil-fatt, il-Ħadd filgħodu, it-toroq tal-Kapitali kienu mimlija attività b’din il-parata mill-moviment tal-Iscouts u tal-Girl Guides.

Fiha ħadu sehem aktar minn 1,000 scout u girl guides, b’uħud iġorru anke l-istrumenti tagħhom. L-iscouts u l-girl guides immarċjaw mill-Fosos tal-Floriana, tul Triq ir-Repubblika l-Belt, għaddew minn Pjazza San Ġorġ fejn taw is-salut tradizzjonali lill-President Spiteri Debono. Imbagħad irħewlha lejn Triq l-Arċisqof, imxew tul Triq il-Merkanti sakemm waslu fi Pjazza Kastilja.

Din l-attività ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts u l-Malta Girl Guides, żewġ assoċjazzjonijiet li għalkemm iħaddnu l-istess prinċipji, huma awtonomi minn xulxin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport