Tuesday, April 30, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi f’inċidenti tat-traffiku separati

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku li seħħew ilbieraħ filgħaxija. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta-7:45 p.m, fi Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mellieħa. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Ġermaniż ta’ 38 sena ntlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena residenti n-Naxxar. 

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-9:45 p.m, fi Triq il-Wied, Birkirkara. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel min-Nepal ta’ 30 sena u residenti s-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’. 

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport