Monday, December 23, 2024

Żieda ta’ 3,902 vetturi ġodda fit-toroq Maltin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bejn April u Ġunju ta’ din is-sena ġew reġistrati ftit inqas minn 6,000 vetturi ġodda f’Malta biex issa, l-għadd ta’ vetturi liċenzjati fit-toroq Maltin ilaħħaq l-408,205. Madankollu, meta jitnaqqsu l-vetturi li tneħħew mit-toroq tirriżulta żieda ta’ 3,902 vetturi ġodda.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika li ppubblika l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – NSO.

Fl-istess perijodu, l-istatistika turi li madwar 7,824 vetturi tneħħew mit-toroq Maltin b’ 36.7% minnhom kienu skrappjati filwaqt li 31.3% oħra ġew garaxxjati.

L-ikbar għadd ta’ vetturi ġodda registrati, 76.2%, kienu karozzi, 13.8% vetturi kummerċjali u 8.9% muturi.

Dawn iċ-ċifri jfissru li mhux inqas minn 43 vetturi ġew reġistrati kuljum fil-perjodu bejn April u Ġunju ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport