Friday, April 19, 2024

Żjara uffiċjali mill-Ministru tal-Intern Libjan Khaled Mazen f’Malta

Aqra wkoll

Id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’dak li  għandha x’taqsam is-sigurtà. Iż-żewġ naħat tkellmu fuq metodi kif tista’ ssir ħidma bejn l-awtoritajiet  tas-sigurtà bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità internazzjonali, inkluż it-traffikar  tad-droga, il-kriminalità elettronika u l-kuntrabandu.  

Ir-rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi tkellmu wkoll dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-ħidma tal awtoritajiet Libjani fuq l-art u fuq il-baħar sabiex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin. Malta tenniet  l-impenn tagħha li tibqa’ tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom sabiex  jiġġieldu dan ir-reat u jonqos ir-riskju ta’ telf ta’ ħajjiet fiċ-ċentru tal-Mediterran. Barra minn hekk,  il-gvern Malti huwa impenjat sabiex jara li l-Unjoni Ewropea u l-Libja jaħdmu flimkien fuq proġetti  siewja għall-ħarsien tal-fruntieri fin-nofsinhar tal-Libja.  

Il-Ministru Mazen kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-Ministeru tal-Intern Libjan u l-General  Administration for Coastal Security, li huma responsabbli mill-ħarsien taż-żoni kostali tal-Libja. Id deputat kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta Mark Mallia, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa u rappreżentanti tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi attendew il laqgħa bħala parti mid-delegazzjoni Maltija. 

Fl-10 ta’ Novembru, żar Malta l-Ministru tal-Intern Libjan Khaled Tijani Mazen sabiex jieħu sehem  f’diskussjonijiet ma’ delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali  u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri. 

Sport