Friday, February 7, 2025

“Żommuni fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom”- Ingrid Sammut ta’ HazZzard

Aqra wkoll

Jekk jogħġobkom żommuni fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom sabiex il-proċedura li se nagħmel tkun ta’ suċċess. Il-Bibbja titkellem dwar il-qawwa ta’ l-għaqda fit-talb “fejn tnejn jew aktar jinġabru f’ismu, Hu qiegħed hemm fosthom”. Nemmen tassew li t-talb tagħkom se jġib il-paċi, is-saħħa u l-fejqan matul dan il-vjaġġ diffiċli ħafna. Grazzi tal-qalb tajba tagħkom u talli bqajtu flimkien fit-talb miegħi”

Wasslet dan il-messaġġ Ingrid Sammut, waħda mill-parteċipati ta’ HazZzard, li bħalissa qiegħda tissielet kontra l-kanċer u li propju llum kellha tiddaħħal l-Isptar sabiex issirilha operazzjoni.

Spjegat li l-kanċer jaffettwa mhux biss fiżikament, iżda wkoll emozzjonalment u mentalment. Hija ddiskrevietu bħala pass li jġiegħlek tikkonfronta l-biża’, it-telf u l-vulnerabbiltà b’modi li qatt ma stenniet.

Tennie li għadha l-persuna, bl-istess qalb sabiħa, l-istess ruħ, u qawwa li tmur lil hinn minn dak li jidher minn barra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport