Sunday, December 22, 2024

10 Maltin jinsabu fil-Marokk iżda jidher li ma jofrewx ġrieħi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għaxar persuni Maltin li kienu fl-inħawi fil-Marokk meta seħħ it-terremot ma weġġgħux.

Ikkonferma dan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma’ Talk.mt filwaqt żied jgħid li huwa kien f’kuntatt ma’ dawn il-Maltin li jinsabu f’Marrakesh jew viċin ir-reġjun.

Huwa qalilna wkoll li wħud minnhom għandhom jirritornaw Malta għada l-Ħadd waqt li oħrajn qed jagħmlu l-arranġamenti biex jiġu t-Tnejn.

Il-Ministeru temm jgħidilna li huma qed jingħataw l-assistenza meħtieġa mill-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Marokk.

Ekonomija

Sport