Saturday, December 21, 2024

10 snin ħabs wara li nstab ħati li ħataf u niżżel ajruplan f’Malta fl-2016

Aqra wkoll

Ali Ahmed Lano Saleh ta’ 35 sena li fit-23 ta’ Diċembru tal-2016 kien ħataf ajruplan tal-Afriqiyah Airways flimkien ma’ persuna oħra ntbgħat għaxar snin ħabs kif ukoll ġie mmultat €2,500.

Il-Libjan instab ħati mill-Qorti li kienet ippreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja li fil-ġurnata msemmija kien daħal fil-kabina tal-bdoti, ħataf titjira fl-ispazju tal-ajru Libjan u ordna lill-piloti biex ibiddel it-triq u jinzel Malta.

L-ajruplan AirBus 320 kien telaq minn Sabha għall-kapitali Tripli, iżda l-bdoti kienu sforzati jinżlu Ruma. Iż-żewġ Libjani li kienu ħatfu l-ajruplan kienu bdew jheddu li jekk l-ajruplan jinżel Tripli kien ippjanat kienu se jisploduh. Abbord it-titjira kien hemm 111-il passiġġier.

Meta kienet bdiet il-kumpilazzjoni, il-pilota kien qal li l-Libjani li ħatfu l-ajruplan kienu qalulu biex iniżżel l-ajruplan Ruma, iżda hu kien informhom li ma kellux biżżejjed fjuwil biex jasal sa hemm. Kien għalhekk, dejjem bil-qbil mal-persuni li ħatfu l-ajruplan li jniżżel l-ajruplan Malta.

Ali Ahmed Lano Saleh kien akkużat ukoll li hedded lill-membri tal-ekwipaġġ b’arti tan-nar li wara rriżulta li kienu foloz.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-munizzjoni falż kollu li kellu l-akkużat fosthom arma tal-plastic u anke grenade għandhom jgħaddu bħala konfiska għand il-Gvern.

Intant, Soko Moussa Shaha Ali l-Libjan l-ieħor li kien ukoll involut fil-każ li tqies bħala każ terroristika kien diġà ġie kkundannat 25 sena ħabs.

Ekonomija

Sport