B’kollox, 15-il priġunier barrani ntbagħtu lura lejn pajjiżhom matul l-aħħar xahrejn, wara proċess ta’ ripatrijazzjoni mill-awtoritajiet Maltin.
Dan ħabbru l-Ministru Glenn Bedingfield fuq il-midja soċjali, fejn spjega li l-persuni kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Ewropa, l-Asja, l-Afrika u l-Amerika ta’ Fuq.
Minn dawn, erbgħa kienu waslu fi tmiem is-sentenza tagħhom, filwaqt li l-11 l-oħra kienu għadhom qed jiskontawha.
Bedingfield sostna li dan il-proċess se jkompli, filwaqt li saħaq li s-sigurtà tal-pajjiż tibqa’ prijorità assoluta.
