Wednesday, July 24, 2024

‘Charity Ride and Run’ ma’ Matthew b’risq Puttinu Cares

Aqra wkoll

Nhar is-19 ta’ Marzu ta’ din is-sena se ssir ‘‘Charity Ride and Run’ ma’ Matthew b’risq Puttinu Cares li titlaq mill-Pjazza tal-Għarb.

Dawk kollha li se jkunu jsuqu r-rota se jitilqu mill-Għarb u jgħaddu kważi minn kull lokalità f’Għawdex u jerġgħu jispiċċaw l-Għarb. Filwaqt li dawk kollha li se jiġru 2 km se tkun madwar l-għarb.

L-attività tibda fid-9.00am u din mhix se tkun fuq bażi ta’ kompetizzjoni. Dawk kollha li se jieħdu sehem se jingħataw t’shirt tal-okażżjoni u ‘goodie bag’ wara li tispiċċa l-attività.

Minħabba li din l-attivtà se ssir b’risq Puttinu Care qed tintalab donazzjoni ta’ €10

Reġistrazzjoni għal dawk kollha li jridu jsuqu r-rota għanda ssir fuq https://shorturl.at/nvMQR; filwaqt li dawk li jridu jiġru għandhom jirreġistraw fuq https://shorturl.at/cjo34.

Apparti hekk il-persuni li mhux se jieħdu sehem u xorta jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan permezz ta dan il-kont bankarju: IBAN MT27VALL22013000000040011134349

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 99426865 jew 79710730.

Ekonomija

Sport