Sunday, July 19, 2026
0
6

DOMINIK SZOBOSZLAI – Il-midfielder ta’ Liverpool, Dominik Szoboszlai, 25 sena, iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin f’Anfield. Huwa kien ingħaqad mar-Reds mingħand RB Leipzig għal £60 miljun fl-2023 u kien l-aqwa player tagħhom fl-istaġun li għadda, fejn skorja 13-il goal u pprovda 12-il assist. B’hekk, l-internazzjonali Ungeriż, li kellu sentejn oħra fil-kuntratt preċedenti tiegħu, temm l-ispekulazzjoni dwar il-futur tie­għu.

JOHAN MANZAMBI – Aston Villa lestew l-iffirmar tal-midfielder internazzjonali tal-Isvizzera u Freiburg, Johan Manzambi, 20 sena, għas-somma rekord tal-club ta’ ftit aktar minn £50 miljun. Il-Villa huma wkoll qrib li jlestu l-iffirmar ta’ £38 miljun għall-midfielder Brażiljan ta’ Wolves, Joao Gomes, li telaq mill-kamp tat-taħriġ fil-Portugall biex isirlu l-eżami mediku.

EDERSON – Il-midfielder Brażiljan, Eder­son, 27 sena, iffirma estensjoni tal-kuntratt ma’ Atalanta wara li t-trasferiment tiegħu ma’ Manchester United waqa’. Il- United kienu qablu mas-somma ta’ £35 miljun iżda l-eżami mediku wera xi ħaġa mhux normali li wasslet biex ir-Red Devils jirtiraw mit- trasferiment.

MORGAN ROGERS – Arsenal għamlu lill-midfielder Morgan Rogers, 23 sena, ta’ Aston Villa u l-Ingilterra, il-mira ewlenija tagħhom għall-attakk u huma mistennija li javviċinawh, iżda jista’ jiswa aktar minn £100 miljun.

MOHAMED SALAH – Il-leġġendarju ta’ Liverpool, Mohamed Salah, 34 sena, se jkompli l-karriera tiegħu fit-Turkija, bl-attakkant Eġizzjan lest li jiffirma ma’ Besiktas.

NECO WILLIAMS – Manchester United qed iħarsu lejn id-difensur tax-xellug ta’ Nottingham Forest, Neco Williams, 25 se­na, bl-internazzjonali ta’ Wales jista’ jilgħab fuq kull ġenb tal-ground.

MICHAEL OLISE – Real Madrid huma interessati fil-winger ta’ Bayern Munich u Franza, Michael Olise, 24 sena, li huwa ttantat li jiċċaqlaq lejn il-Bernabeu.

LUCAS BERGVALL – Tottenham irrifju­taw offerta ta’ £46 miljun mingħand Newcastle United għall-midfielder Svediż, Lucas Bergvall 20 sena.

MAXENCE LACROIX – Chelsea se jkol­lhom jonfqu £55 miljun jekk iridu lid-di­fensur ta’ Crystal Palace u Franza, Maxence Lacroix, 26 sena, dan is-sajf.

JOAO PALHINHA – Bayern Munich taw lill-midfielder Portugiż, Joao Palhinha, 31 sena, li m’għadux parti mill-pjanijiet ta’ Vincent Kompany, aktar żmien biex jirritorna mal-club. Aston Villa huma interessati fih.

CRYSENCIO SUMMERVILLE – Tottenham huma interessati li jiffirmaw lill-winger Olandiż, Crysencio Summerville, 24 sena, mingħand West Ham. Il-player aktarx ikun disponibbli wara li l-Hammers ġew relegati.

CRISTIAN ROMERO – L-iffirmar ta’ players minn Spurs dan is-sajf ifisser li xi players tagħhom se jkollhom jitilqu – bid-di­fensur Arġentin, Cristian Romero, 28 sena, x’aktarx ikun wieħed li jitilqu.

HUGO LARSSON – Manchester United u Newcastle United huma interessati fil-midfielder Svediż ta’ Eintracht Frankfurt, Hugo Larsson, 22 sena, iżda l-ebda club għadu ma għamel offerta.

EMILIANO MARTINEZ – Juventus offrew is-somma ta’ £5.5 miljuni għall-goalkeeper internazzjonali Arġentin, Emiliano Martinez, 33 sena, iżda l-Villa jridu £10.2 miljuni.

FOLARIN BALOGUN – Barra minn hekk Juventus jinsabu jillidjaw it-taqtiegħa għall-attakkant ta’ Monaco u l-Istati Uniti, Folarin Balogun, 25 sena, b’Borussia Dortmund u Sunderland ukoll interessati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here