Monday, April 29, 2024

31 tfajla taħt 18-il sena kellhom miscarriage fl-aħħar għaxar snin

Aqra wkoll

31 tfajla li kellhom 18-il sena jew inqas kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei minħabba miscarriage.

Din l-informazzjoni ngħataw fil-Parlament mill-għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Il-Ministru qal li dawn kollha ġew irreġistrati bħala discharge diagnosis.

Intant l-aktar sena li fiha daħlu tfajliet taħt it-18-il sena Mater Dei minħabba miscarriage kien fl-2016 meta kien hemm 6 tfajliet. Fl-2018 imbgħad kien hemm ħames tfajliet filwaqt li fis-snin 2013, 2017, 2020 u 2022 kien hemm 4 tfajliet kull sena.

Fis-snin 2014, 2015 kien hemm tfajla waħda kull sena filwaqt li bejn Jannar u Ottubru tas-sena li għaddiet ma kien hemm l-ebda tfajla li daħlet Mater Dei minħabba miscarriage.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport