Monday, December 23, 2024

350 telefonata fuq il-Helpline 138 fl-ewwel sigħat mit-tnedija tiegħu

Aqra wkoll

Mit-tnedija tal-Helpline 138 sal-bieraħ waranofsinhar daħlu aktar minn 350 telefonata. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard f’intervista li kellu ma’ Karl Bonaci fuq F Living. 

Il-Ministru Attard spjega li dan ir-riżultat huwa konferma ta’ kemm dan is-servizz, li tnieda t-Tnejn li għadda, se jkun qiegħed jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadin lejn l-awtoritajiet. B’dan is-servizz, il-pubbliku għandu aċċess faċli u effettiv ta’ rapportaġġ fil-pront lill-entitajiet regolatorji kollha, 24 siegħa kuljum, inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud, sabiex iwasslu t-tħassib u l-biżgħat li jista’ jkollhom dwar ċertu binjiet u siti ta’ kostruzzjoni.

Dan il-ġurnal jinsab infurmat li sat-Tlieta f’nofsillejl kienu daħlu 178 telefonata relatata mal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u 75 telefonata oħra kienu relatati mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA). 

Matul il-jum tal-bieraħ, sat-3.00 p.m. kienu daħlu 77 telefonata oħra relatati mal-BCA u 23 telefonata oħra li jikkonċernaw lill-OHSA. B’hekk fl-ewwel ftit sigħat mit-tnedija tal-Helpline 138, daħlu aktar minn 350 telefonata.

Ekonomija

Sport