Sitt xadini li ma kinux ġew irreġistrati, minkejja l-opportunità li kienet ingħatat biex jiġu rreġistrati matul il-perjodu tal-amnestija ġew ikkonfiskati mill-Animal Welfare.
Ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.
Bugeja Said qalet li kien “ingħata ċ-ċans biex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata. Fejn dan ma sarx, qed tittieħed azzjoni.
“L-infurzar tal-liġijiet għall-ħarsien tal-annimali jibqa’ prijorità, b’rispett lejn l-annimali u s-sigurtà tal-pubbliku.”
Hija rringrazzjat lill-Animal Welfare Malta, lill-Korp tal-Pulizija u lill-ERA tal-operazzjoni konġunta, kif ukoll persuni oħra li b’xi mod kienu ta’ għajnuna.
