Thursday, April 18, 2024

38 persuna oħra jinstabu jgħixu f’pajjiżna illegalment 

Aqra wkoll

Il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet f’diversi lokalitajiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna. Dalgħodu, l-ispezzjonijiet saru f’San Pawl il-Baħar u Buġibba u fihom, 38 persuna nstabu li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.

Dawn il-persuni, li huma mill-Pakistan, mis-Sirja, mill-Afganistan u mill-Ghana ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li l-ispezzjonijiet se jissoktaw fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport