Wednesday, March 27, 2024

Mara l-Isptar wara li baqgħet dieħla bil-karozza f’arblu fl-Imsida

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-Isptar wara li għall-ħabta tas-7:30 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tfajla Taljana ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni kienet tilfet il-kontroll tal-karozza Renault li kienet qiegħda ssuq u baqgħet dieħla bil-karozza f’arblu. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport