Friday, December 27, 2024

4,000 spezzjoni mwettqa mill-OHSA fl-ewwel nofs ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) diġà qabżet il-kisbiet tas-sentejn preċedenti, b’aktar minn 4,000 spezzjoni mwettqa. 

Minn fost dawn l-ispezzjonijiet huma inqas min-nofs dawk relatati mal-kostruzzjoni u dan jikkumplimenta l-impenn tal-Gvern li jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà ta’ aktar ħaddiema, anke lil hinn minn dan is-settur.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard meta kien qed jagħmel il-winding up tad-dibattitu parlamentari b’rabta mal-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. 

Huwa nnota li diġà qegħdin naraw qabża evidenti ħafna mhux biss fejn jidħlu spezzjonijiet, imma wkoll dwar notifiċi għal titjib fix-xogħol u f’dak li jirrigwardja multi amministrattivi.

Semma kif fl-2022, l-Awtorità ħarġet ordni biex jitwaqqfu xogħlijiet minħabba nuqqas ta’ osservazzjoni tal-liġi fi 32 każ. Fl-ewwel xhur ta’ din is-sena diġà ġew imwaqqfa aktar minn 200 każ.

Fl-2022, l-Awtorità ħarġet mad-90 notifika biex jitjiebu l-metodi tax-xogħlijiet mentri din is-sena sa issa ħarġet aktar minn 400 notifika ta’ dan it-tip. 

Fejn jidħlu multi amminsitrattivi, l-Awtorità rduppjat l-ammont ta’ multi maħruġa minn 130 fl-2022 għal 260 fl-ewwel xhur ta’ din is-sena. 

Dwar il-liġi l-ġdida tal-OHSA, il-Ministru Attard tenna li din se tkun qiegħda tħejji lil pajjiżna sabiex jindirizza mhux biss l-isfidi tal-lum imma anke realtajiet li jistgħu jiżviluppaw fiż-żmien li ġej.

Ekonomija

Sport