Saturday, December 21, 2024

69 sena mill-ewwel quddiesa ta’ Patri Dijonisju Mintoff

Aqra wkoll

Bogħod mill-pubbliċità. Bogħod mix-ximxilli. Fil-paċi u s-serenità imma f’ħidma kontinwa għal ħaddieħor, Patri Dijonisju proprju fil-15 ta’ Awwissu iċċelebra  id-69 sena, minn meta  qaddes l-ewwel quddies tiegħu. Patri Dijonisju Mintoff li jmexxi l-Laboratorju tal-Paċi mexa dejjem billi kien ta’ eżempju. Ftit li xejn issibu jitkellem fil-pubbliku għajr il-messaġġi fil-quddies li hu jagħmel fosthom dik fiż-Żurrieq filgħodu u dik li ssir fil-Laboratorju tal-Paċi. Lil hinn minn dan imma, Patri Dijonisju Mintoff kien l-ewwel wieħed li fetaħ daru għal dawki l-inqas ixxurtjani fosthom – l-immigranti. 

Patri Dijonisju b’kollox kkonċelebra aktar minn 50,370 quddies u priedka b’ħafna riċerka u għerf. Kien f’jum Santa Marija tal-1955, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, il-Belt Valletta meta qaddew l-ewwel quddies. Patri Dijonisju ta’ 93 sena hu l-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi u jaħdem mill-qrib fost dawk li huma vulnerabbli u dawk l-aktar fqar.

Ekonomija

Sport