Aktar kmieni ingħata bidu għall-ġuri ta’ Yorgen Fenech mixli bħala l-mandant ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.
Huwa rrapurtat li b’kollox quddiem l-Imħallef Edwina Grima hemm disa’ ġurati, li dawn se jkunu qegħdin jieħdu deċiżjoni jekk Jorgen Fenech huwiex ħati jew le tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Fenech qiefgħed iwieġeb li mhuwiex ħati. Fil-Qorti hemm diversi familjari kif ukoll avukati difensuri
Il-lista tal-akkużi fil-konfront tiegħu bdiet tingħata għall-ħabta tal-4:00 p.m. u, b’hekk, jiskatta l-proċess li mistenni jieħu numru ta’ ġimgħat.


