Sunday, December 22, 2024

70 vittma ta’ omiċidju mill-2012 ’l hawn f’pajjiżna

Aqra wkoll

Fl-aħħar 11-il sena f’pajjiżna kellna 64 każ ta’ omiċidju u li minnhom irriżultaw 70 vittma. Każ irreġistrat fl-2019 kien ta’ persuna rrapurtata nieqsa fl-2008, li fis-sena 2019 irriżulta li kienet vittma ta’ omiċidju. Iddikjara dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.

Fl-2012 kienu reġistrati 10 każi ta’ omiċidju li ħallew 12-il vittma, fl-2013 kienu reġistrati sitt każi ta’ omiċidji li ħallew seba’ vittmi, fl-2014 kienu reġistrati 6 każi ta’ omiċidji li ħallew sitt vittmi, fl-2015 kienu reġistrati erba’ każi ta’ omiċidju li ħallew erba’ vittmi, fl-2016 kienu reġistrati ħames każi ta’ omiċidju li ħallew ħames vittmi, fl-2017 kienu reġistrati disa’ każi ta’ omiċidju li ħallew disa’ vittmi, fl-2018 kienu reġsitrati sitt każi li ħallew seba’ vittmi, fl-2019 kienu reġistrati erba’ każi ta’ omiċidju li ħallew ħames vittmi, fl-2020 kienu reġistrati sitt każi ta’ omiċidju li ħallew seba’ vittmi, fl-2021 kien hemm żewġ każi ta’ omiċidju li ħallew żewġ vittmi u sa Novembru ta’ din is-sena kienu reġistrati sitt każi li ħallew sitt vittmi.

Ekonomija

Sport