75 siġra ġdida se jitħawwlu fiż-żona ta’ Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Infrastructure Malta se tkun qed tħawwel 75 siġra ġdida fiż-żona ta’ Triq Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi, bħala parti mill-miżuri ambjentali marbuta mal-proġett ta’ twessigħ ta’ din it-triq. Il-proġett qed jindirizza l-konġestjoni u s-sigurtà fit-triq, b’xogħlijiet li jinkludu t-twessigħ tal-karreġġjata u l-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ.

B’kollox, se jitneħħew 15-il siġra żgħira taċ-ċipress, filwaqt li minflokhom se jitħawwlu 75 siġra, jiġifieri ħames siġar ġodda għal kull siġra taċ-ċipress li titneħħa. Mill-75 siġra ġdida, 21 se jkunu siġar taċ-ċipress u 54 se jkunu siġar taż-żebbuġ.

Fl-għalqa minn fejn se jitneħħew is-siġar taċ-ċipress, Infrastructure Malta se terġa’ tħawwel 21 siġra taċ-ċipress, sabiex tinżamm il-karatteristika tal-pajsaġġ u l-veġetazzjoni li kienet teżisti f’dik iż-żona. Fil-viċinanzi se jitħawwlu 54 siġra taż-żebbuġ, biex jiżdiedu s-siġar u l-valur ambjentali taż-żona.

Infrastructure Malta se tkun responsabbli biex tipprovdi u tħawwel is-siġar kollha, filwaqt li l-manutenzjoni tagħhom wara t-tħawwil se tkun f’idejn is-sidien il-ġodda tal-għelieqi. Dan l-intervent jirrifletti l-impenn li l-investiment fl-infrastruttura tat-toroq ikun akkumpanjat minn miżuri konkreti favur l-ambjent.

Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir huma meħtieġa biex titjieb is-sigurtà u l-konnettività, l-ippjanar tal-proġett
qed jinkludi wkoll miżuri biex jiżdied in-numru ta’ siġar fiż-żona. B’hekk, minn 15-il siġra taċ-ċipress li se jitneħħew, iż-żona se tkun qed tikseb 75 siġra ġdida ta’ żewġ speċi differenti, li se jikkontribwixxu għal ambjent aktar aħdar
u pajsaġġ rurali aktar għani fis-Siġġiewi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport