Tuesday, April 16, 2024

77 persuna meħlusa minn knisja fin-Niġerja huma u jistennew “it-Tieni Miġja ta’ Kristu”

Aqra wkoll

Il-pulizija tan-Niġerja ħelsu lil xejn inqas minn 77 persuna – fosthom għadd ta’ tfal – minn knisja fl-istat ta’ Ondo fejn kienu qegħdin jiġu miżmuma biex jistennew it-Tieni Miġja ta’ Kristu. Kelliemi għall-pulizija qal li dawn il-persuni kien ilhom minn April li għadda miżmuma fil-knisja magħrufa bħala Whole Bible Believers Church. 

Ir-rejd mill-pulizija sar wara li omm irrapportat li t-tfal tagħha huma neqsin u kellha suspett kbir li dawn kienu jinsabu f’din il-knisja. Min-naħa tagħhom il-pulizija qalu li huma qed iqisu dan il-każ bħala ħtif tal-massa. 

David Anifowoshe, il-pastor ta’ din il-knisja Pentekostali, u d-deputat tiegħu ġew arrestati filwaqt li l-vittmi qegħdin jingħataw il-kura mill-awtoritajiet. 

 Mill-investigazzjoni preliminari li saret s’issa jidher li pastor partikolari kien qal lill-membri ta’ din il-kongregazzjoni li t-Tieni Miġja ta’ Kristu se ssir f’April. Wara hu kien biddel id-data għal Settembru ta’ din is-sena. 

B’kollox f’din il-knisja kien hemm miżmuma 26 tifel u tifla, tmien żgħażagħ u 43 adult.  

Ekonomija

Sport