Wednesday, April 24, 2024

900 miljun persuna fiċ-Ċina nfettati bil-Covid

Aqra wkoll

Skont studju li ġie ppubblikat mill-Università ta’ Peking, sal-11 ta’ Jannar li għadda kien hemm 900 miljun persuna li jgħixu fiċ-Ċina nfettati bil-Covid.

Dan l-istudju jgħid li bħalissa 64% tal-popolazzjoni tal-pajjiż għandha l-Covid. Fir-reġjun ta’ Gansu hemm 91% tal-popolazjoni nfettati bħalissa filwaqt li fir-reħjun ta’ Yunnan hemm 84%.

Zeng Guang, l-eks kap taċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Mard Infettiv fiċ-Ċina qal li din il-mewġa se ddum għaddejja madwar tlett xhur.

Sptarijiet fi bliet kbar qegħdin jgħidu li ma jistgħux ilaħqu mal-pazjenti li qegħdin jiddaħħlu minħabba dan il-vajrus. Iżda informazzjoni oħra f’żoni rurali tal-pajjiż mhux qegħdin jaslu kemm għand il-Gvern Ċentrali u wisq inqas għand l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Esperti Ċiniżi qegħdin jgħidu li eluf kbar ta’ anzjani, persuni morda b’mard kroniku u persuni b’diżabbilità mhux qegħdin jingħataw il-kura meħtieġa għal Covid-19 minħabba li l-kura qed tingħata lil persuni ferm iżgħar fl-età.

Minn mindu bdiet il-pandemija ċ-Ċina rrapportat biss 5,000 persuna li mietu minħabba l-Covid u dan ipoġġi lil dan il-pajjiż bħala wieħed mill-inqas pajjiżi li kellu vittmi. Minkejja dan esperti jsostnu li n-numru mhux wieħed reali u l-vittmi jistgħu jlaħħqu l-miljun.

Sport