Id-djoċesi ta’ Massachusetts tinsab ixxukkjata hekk kif fi ftit jiem oħra l-eks Kardinal Kattoliku Theodore McCarrick se jkun qed jiffaċċja akkużi kriminali għal allegati abbużi sesswali.
Dan l-eks Kardinal hu l-għola membru fil-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti li se jkunu akkużat kiminalment għal abbużi sesswali. L-allegazzjoniiet jinvolvu tifel ta’ 12-il sena. L-allegat abbuż qed jingħad li seħħ fis-sena 1986.
Dan mhux l-uniku allegat każ ta’ abbuż sesswali i qed isir fil-konfront ta’ McCarrick u dan għax hemm allegazzjonijiet oħra fosthom abbuż fuq tifel ta’ 14-il sena u abbuż fuq tifel ta’ 16-il sena bil-każ imur lura għas-sena 1974.
Qed ikun ittamat li meta jibda jinstema’ l-każ jista’ jkun hemm aktar persuni li jersqu u jirrapportaw allegazzjonijiet oħra fuq membri tal-kleru.
McCarrick li llum għandu 91 sena, hu mistenni li jidher quddiem il-qorti ta’ Massachusetts fit-3 ta’ Settembru.
McCarrick ilu fl-aħbarijiet għal dawn l-aħħar tlett snin u dan meta fis-sena 2018, l-Arċidjoċesi ta’ New York kienet ħabbret li kien hemm allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali kontra McCarrick u li kienu jmoru lura għal 50 sena. L-Arċidjoċesi iddeskriviet l-allegazzjonijiet bħala ‘kredibbli u sostanzjati’.
Inħarġu aktar alllegazzjonijiet fosthom fastidju lil seminaristi u dan kien wassall biex McCarrick kein irriżenja mill-Kulleġġ tal-Kardinali f’Lulju tas-sena 2018. Il-Papa Franġisku kien taħ sentenza għal għomru ta’ penitenza u talb. Hu iżda qatt ma kien akkużat kriminalment fuq dawn l-abbużi.
McCarrick kien sar Arċisqof ta’ Newark f’Lulju tas-sena 1986. Hu kien serva fi New Jersey bħala Isqof ta’ Metuchen sas-sena 1981.
Waħda mill-allegazzjonijiet li ħarġu kontra McCarrick fl-aħħar jiem hemm dik li hu kien abbuż ssesswallment minn tifel ta’ tifel ta’ 16-ill sean waqt it-tieġ ta’ ħuħ li kien qed isir f’Wellesley College. Wara li seħħ l-allegat abbuż, McCarrick qal lill-vittma biex jitlob lil Alla “ħallli jaħfirlek dnubietek’.