Tuesday, April 23, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara aċċident l-Imsida

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-anzjan li aktar kmieni llum kien involut f’aċċident tat-traffiku ġie ċċertifikat li qed fil-periklu tal-mewt.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-anzjan ingħata l-għajnuna medika fuq il-post u wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei. Iż-żewġ sewwieqa l-oħrajn involuti fl-istess ħabta ma sofrew l-ebda ġrieħi.

01.53pm – Anzjan l-isptar wara inċident bejn mutur u żewġ karozzi fl-Imsida

Irlandiż ta’ 65 sena residenti l-Furjana ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m seħħet ħabta bejn żewġ karozzi u mutur fi Triq Rue D’Argens fl-Imsida.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, karozza Suzuki Baleno misjuqa minn Indjan ta’ 25 sena residenti Birkirkara u karozza tat-tip Mercedes misjuqa minn Libjan ta’ 45 sena residenti l-Gżira u mutur li kien qiegħed jinstaq mill-anzjan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport