Ħaddiem weġġa’ wara li waqgħet injama fuq saqajh waqt li kien qed jaħdem ġo xaft ta’ lift.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.00p.m fi Triq John Delia, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.