Wara li aktar kmieni ilejla kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa, jirriżulta li l-makkinarju li waqa’ nġabar u t-traffiku jinsab miexi b’mod normali.
05.55pm Makkinarju kbir inqaleb u ħoloq konġestjoni tat-traffiku fil-Marsa
Makkinarju kbir għal xi raġuni spiċċa nqaleb fi Triq Aldo Moro fil-Marsa għall-ħabta tat-3.40. It-trakk kien qed fid-direzzjoni lejl il-Belt.
B’xorti tajba jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident tat-traffiku li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.
Minħabba dan l-inċident bħalissa t-triq tinsab magħluqa u għalhekk wieħed għandu jevita l-inħawi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.