Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNAT: Sirjan bi ġrieħi gravi u tlett żgħażagħ bi ġrieħi ħfief wara argument f’Marsaskala

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 47 sena residenti l-Mosta qed isofriminn ġrieħi ġrieħi gravi,
filwaqt li t-tlett żgħażagħ, li għandhom 19, 20 u 21 sena, kollha residenti l-Mosta, qed isofru minn ġrieħi ħfief. Dan wara lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kienu involuti f’argument fi Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u ġie nnotat taqtir ta’ demm, iżda l-persuni involuti kienu telqu minn fuq il-post. Waqt l-investigazzjonijiet irriżulta li erba`persuni kienu marru l-Isptar b’vettura privata wara li kellom argument ma’ xi persuni oħra f’residenza fl-imsemmija triq.

Irriżulta ukoll li waqt l-argument allegatament intużaw xi armi li jaqtgħu u bil-ponta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex jiġu identifikati persuni oħra li kienu involuti f’dan il-każ.

Aktar kmieni: Persuni jiddaħħlu l-isptar wara argument bis-skieken f’Marsaskala

Mill-inqas erba’ persuni ddaħħlu l-isptar Mater Dei isofru minn ġrieħi ta’ daqqiet ta’ sikkina wara argument li żvolġa bejn għadd ta’ persuni f’Marsaskala.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li fost il-persuni involuti hemm familja ta’ nazzjonalità barranija.

Fil-post issejħu pulizija u timijiet mediċi li taw l-ewwel assistenza fuq il-post.

Aktar dettalji kif jaslulna …

Sport