Monday, December 23, 2024

“Aħna Gvern tan-nies u se nagħmlu dak li jaqbel lin-nies” – il-PM

Aqra wkoll

“Se nkomplu nagħmlu proġetti maħsuba biex itejjbu l-ħajja tan-nies. Tliet mija wieħed u tmenin persuna li l-għajta ‘Is-saħħa lill-Maltin’ se jdawwruha f’realta’.”

Dan kien kliem il-Prim Ministru fil-Qala fejn sostna li l-pjan huwa mibni fuq l-aspirazzjonijiet tan-nies ibbażat fuq tmien prinċipji ċari: Ambjent fejn ngħixu aħjar. Lokalitajiet aktar nodfa. Żvilupp sostenibbli. Trasport effiċjenti u nadif. Soċjetà li taħseb f’kulħadd. Anzjanità attiva u Komunitajiet aktar siguri.

Dwar Ħondoq ir-Rummien, il-Prim Ministru saħaq kif dan il-Gvern ħadem biex intemm proċess li xi darba jiġi żviluppat. “Inserraħ moħħ kulħadd li uliedna jgawdu Ħondoq kif nafuh illum. Anżi isbaħ u aħjar.” Dan jgħaqqad ma’ diversi proġetti oħra fil-lokal fosthom it-tisbiħ fil-Pjazza li jikkumplimenta ma’ investiment kontinwu fil-lokalitajiet Għawdxin, punt essenzjali tal-istrateġija Għawdex gżira ta’ villaġġi.

“Din l-istrateġija se tieħu ħsieb dak li diġa’ hemm huwa tajjeb. Imma importanti daqstant li toħloq spazji ġodda. Postijiet fejn tiltaqa’ u tirrilassa. Iva, l-Għawdxin irridu nagħtuhom aktar spazji ħodor u miftuħa. Mela jekk fit-tmienja ta’ Ġunju tivvutaw għal kandidati Laburisti se tkunu qed tivvutaw għal Għawdex gżira ta’ villaġġi.”

Robert Abela semma wkoll kif bil-fiduċja tal-Maltin u l-Għawdxin se tissarraf fl-ikbar investiment ambjentali f’parks, ġonna u spazji miftuħa ġodda, jinbidlu aktar artijiet pubbliċi fi spazji miftuħa minflok jiġu żviluppati mill-bini, pakkett ta’ inċentivi għall-lokalitajiet identifikati fl-istudju għall-Pjan Nazzjonali għar-Riġenerazzjoni Soċjo-Ekonomik, jinfetħu l-iskejjel wara l-ħin għall-użu komunitarju, inkluż il-faċilitajiet sportivi, il-libreriji u s-swali u jinħoloq programm kulturali li jfittex jgħaqqad dejjem aktar lill-komunità.  “Dawn ftit mill-ħafna proposti li jekk tisilfuna l-fiduċja, minn idejat se jsiru kisbiet.”

Waqt it-tnedija tal-kandidat tal-Partit Laburista għell-elezzjoni tal-kunsilli lokali f’Għawdex aktar kmieni llum, il-Prim Ministru Robert Abela sellem ħidmiethom u sostna li “flimkien se naslu għax nemmnu f’pajjiżna u nemmnu wkoll li l-aspirazzjonijiet li għandu l-poplu tagħna irridu ngħinuhom biex inwettquhom u minn ħolma isiru realta’. Se naslu għax il-politika tagħna hi waħda li tagħtu futur aħjar. Futur ta’ tama. Għalhekk is-saħħa lill-Għawdxin. Is-Saħħa lill-Maltin.”

Ekonomija

Sport