Thursday, March 28, 2024

Aktar ħin quddiem it-televiżjoni waqt il-pandemija

Aqra wkoll

Kemm il-pandemija tal-Covid-19 kellha diversi effetti fuq il-ħajja tal-Maltin u l-isfidi li ġabet magħha joħroġ mill-fatt li għalqet ħafna nies ġewwa. Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-Awtorità tax-Xandir għas-sena 2020 li nnota żieda qawwija fit-telespettaturi tat-televiżjoni hekk kif iddaħħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet f’Marzu tas-sena l-oħra.

Minn popolazzjoni ta’ dawk minn 12-il sena ‘l fuq, il-ħin li qattgħu jaraw it-televiżjoni bħala medja kien ta’ 1.93 sigħat, li tfisser 12.36 minuti iktar mill-istess perjodu tas-sena ta’ qabel li kien 1.72 siegħa.

Għal dawk li huma semmiegħa tar-radju, ir-rapport tal-Awtorità tax-Xandir jelenka kif l-attitudni tan-nies inbidlet matul Marzu 2020 u jgħid li l-udjenzi żdiedu b’mod sinjifikanti bejn is-7.00 u l-11.30 ta’ filgħodu. Madankollu kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ semmiegħa tal-programmi matul il-lejl.

Fix-xahar ta’ Marzu ġie nnutat ukoll żieda f’dawk li huma servizzi offruti, bi kważi 18% fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, figura li kompliet tikber bi 11% oħra f’Lulju 2020.

L-etajiet li raw l-ikbar żieda fis-semmiegħa u telespettaturi kienu dawk bejn il-21 u t-30 sena waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 2.8% ta’ dawk minn 71 sena ‘l fuq.

Bħala perċentwali tal-popolazzjoni, l-ikbar żieda reġistrata, 8.9% kienet fl-abbonamenti għas-servizz tan-Netflix, fl-istess waqt li kien hemm tnaqqis fl-udjenżi għas-servizzi “free-to-air”.

Irriżulta wkoll li minbarra s-servizzi produti mill-kumnpaniji Melita u GO, il-Maltin fittxew ukoll servizzi oħra tas-satellita bħalma huma Netflix, IPTV streaming, Android box u servizzi oħra tat-teknoloġija tal-informatika fuq telefons ċellulari, laptops u tablets.

Ekonomija

Sport