Wednesday, March 27, 2024

Aktar minn 1,800 post vakant għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Aqra wkoll

Ir-regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2022-2023 se jiġu ppubblikati għada, fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt. B’kollox ser ikun hemm 1,848 post vakanti għall-istudenti (1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex). L-applikazzjonijiet se jsiru kollha online. 

L-applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ jsiru bejn it-23 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2021.

L-applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l-Oħra’ jintlaqgħu bejn l-1 u l-14 ta’ Frar 2022. Il-lista tad-dokumenti meħtieġa, il-ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra huma mniżżla fir-regolamenti.

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja. Din is-sena hemm ukoll dħul fir-raba’ sena primarja fl-iskola tal-bniet ta’ St Monica, il-Gżira.

Jekk tixtieq tkun taf aktar tista’ tidħol fuq is-sit www.knisja.mt  jew www.church.mt

Ekonomija

Sport