Aktar minn 220,000 persuna ġew evakwati fi Franza u fi Spanja hekk kif nirien kbar qed ikomplu jaħkmu żoni qrib Bordeaux u Madrid. L-awtoritajiet Franċiżi ordnaw l-evakwazzjoni ta’ kważi 60,000 persuna qrib Bordeaux fis-sigħat bikrin ta’ nhar is-Sibt filgħodu bħala prekawzjoni.
Żoni oħra fil-Lbiċ ta’ Franza, fir-reġjuni ta’ Gironde u Landes, ukoll kellhom jgħaddu minn evakwazzjonijiet. Sadanittant, uffiċjali Spanjoli wissew li n-nirien qrib Madrid huma lil hinn mill-kapaċità tal-pumpiera biex jikkontrollawhom.
Il-Gvern Spanjol iddikjara emerġenza nazzjonali. Midja internazzjonali rrapurtt li mal-25,000 persuna ngħataw ordni biex jevakwaw u kważi 40,000 oħra ġew mgħarrfa biex jibqgħu ġewwa djarhom.
Huwa mistenni li l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez iżur iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tal-emerġenza f’Madrid kmieni nhar is-Sibt.
