Andreas Christensen mistenni jiffirma uffiċjalment pre-kuntratt ma’ Barcelona fil-jiem li ġejjin.
Il-ftehim tal-internazzjonali Daniż ma’ Chelsea għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat.
Il-Blues ilhom jippruvaw jiffirmaw lid-difensur ċentrali b’estensjoni tal-kuntratt, iżda issa Barcelona huma maħsuba li jinsabu ferm viċin li jassiguraw is-servizzi tad-Daniżi bi free transfer.
Huea mifhum li Christensen irrifjuta proposti minn clubs oħra Ingliżi, u Bayern Munich, sabiex jiftiehem dwar kuntratt mal-ġganti Katalani.
Jidher li se ssir laqgħa ġdida l-ġimgħa d-dieħla, meta l-player ta’ 25 sena mistenni jiffinalizza t-trasferiment mal-club mill-Camp Nou, bil-ftehim jgħaddi ladarba jiskadilu l-kuntratt fi Stamford Bridge.
Christensen reġa’ kien player importanti għat-team immexxi minn Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 26 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed.