Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Andy Burnham mistenni li jħabbar fil-jiem li ġejjin “sensiela ta’ miżuri biex jagħmlu l-ħajja aktar faċli” għal dawk li qed jitħabtu mal-għoli tal-ħajja.
Ġie rrapportat li l-pjanijiet ta’ Burnham huma maħsuba li jagħtu lin-nies ftit spazju biex jieħdu n-nifs. Huwa se jiffoka wkoll fuq modi ta’ kif itejjeb “iċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula”.
Madanakollu, il-Gvern Ingliż għadu qed jaffaċċja pressjoni dwar l-iskema ta’ rilaxx kmieni għall-priġunieri fl-Ingliterra u Wales, b’kritika dwar il-fatt li tnejn mill-qattiela tal-Kuntistabbli Andrew Harper se jkunu eleġibbli mis-sena d-dieħla.
Burnham x’aktarx li se jaffaċċja wkoll pressjoni biex tittieħed aktar azzjoni dwar l-għoli tal-ħajja – għalkemm interventi sinifikanti mhumiex mistennija qabel il-budget ta’ Ottubru.
Anke dakinhar, il-Kanċillier John Healey għamilha ċara li se jissorvelja “dixxiplina fiskali b’saħħitha” li se tillimita kemm il-gvern ikollu flus x’jonfoq.
Għalkemm fil-jiem li għaddew il-Prim Ministru kien fuq btala, Downing Street qalet li fil-jiem li ġejjin huwa se jkun qiegħed “jisma’ lin-nies” hekk kif se jdur madwar in-nazzjonijiet u r-reġjuni tar-Renju Unit u jaħdem fuq “pjan ta’ 10 snin biex iġib lura t-tama”.


