Wednesday, April 24, 2024

Anthony Martial jingħaqad ma’ Sevilla b’self

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Manchester United, Anthony Martial, ingħaqad ma’ Sevilla, b’self sal-aħħar tal-istaġun. 

Il-club Spanjol approfitta mir-relazzjoni ħażina li kellu mal-coach Ralf Rangnick fejn Martial ġie kkwotat li qal li ma jridx jilgħab mar-Red Devils kemm idum il-Ġermaniż fit-tmexxija tat-team. 

L-attakkant Franċiż intlaqa’ mid-direttur sportiv ta’ Sevilla, Monchi, fl-ajruport ta’ Sevilla. 

Il-club Spanjol se jħallas €5 miljuni b’għażla għal kuntratt permanenti.

Sport