Wednesday, April 24, 2024

Jinstabu fdalijiet ta’ klieb il-baħar fil-bajja ta’ Marsalforn

Aqra wkoll

Ilbieraħ nstabu fdalijiet ta’ żewġ klieb il-baħar li ttellgħu fil-bajja ta’ Marsalforn. Fl-istess waqt huma kellhom sejħa oħra ta’ salvataġġ ta’ fekruna li fil-verità l-ispeċi tagħha kienet tal-ilma ħelu.

Nature Trust ħeġġet lill-ERA biex tikkunsidra l-protezzjoni legali tal-klieb il-baħar. Qalet li ħut bħal dan huwa kruċjali biex ekosistema tal-baħar tkun waħda ibbilanċjata u tiffunzjona sew. 

Huma wkoll ħeġġew lill-pubbliku biex ikun responsabbli meta jadotta annimali domestiċi eżotiċi u jiftakru li meta wieħed jadotta xi annimali domestiku dawn huma għal ħajjithom kollha. Temmet tgħid li jekk is-sitwazzjonijiet personali jinbidlu allura għandu jsir l-almu biex l-annimali domestiċi jiġu trasferiti għal dar sikura oħra.

Sport