Saturday, June 27, 2026

Anzjan imut wara li għamel użu minn grinder fl-għalqa f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza tagħha ġewwa għalqa fi Triq San Ġakbu, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 71 sena u residenti l-Mosta, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel użu minn grinder.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

ll-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport