Wednesday, April 24, 2024

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 72 sena kienet nieżla t-taraġ, tfixklet u waqgħet. Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport