Friday, June 26, 2026

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet sular ġo xaft

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Ta’ Berrini, Kerċem.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Kerċem, waqgħet għoli ta’ sular ġo xaft.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

ll-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D kien infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport