B’referenza għall-inċident fi Triq Reggie Miller, fil-Gżira, fejn ċeda scaffolding, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed jinvestigaw dan il-każ li fih ma weġġa’ ħadd.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ċeda waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet. Aktar investigazzjonijiet se jwasslu biex jiddeterminaw il-kawża ta’ dan l-inċident. Il-kuntrattur u l-iżviluppatur kellhom il-permessi neċessarji mill-Awtoritajiet għax-xogħlijiet li kienu għaddejjin.
Bħalissa għaddejja operazzjoni, taħt is-sorveljanza taż-żewġ awtoritajiet, li fiha qed jitneħħa l-iscaffolding biex terġa’ tinfetaħ it-triq.

