Sunday, December 22, 2024

Approvat il-proġett rivedut fil-parkeġġ tal-eks Trade Fair Grounds fin-Naxxar

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva l-proġett ta’ żewġ binjiet fis-sit li kien il-parkeġġ tal-eks Trade Fair Grounds fin-Naxxar.

Is-sit li jinsab fil-konfini tal-iżvilupp iżda barra miż-Żona ta’ Konversazzjoni Urbana tan-Naxxar, se jkollu 50% tas-sit fejnmhux se jinbena iżda se jkun spazju miftuħ għall-pubbliku.

Fi stqarrija, intqal kif sena ilu, il-Bord tal-Ippjanar ġie ppreżentat bi proġett ieħor fl-istess post minn applikant differenti. Dakinhar, il-Bord kien osserva li l-massa u l-volum tal-proġett propost ma kinux aċċettabbli u kien stieden lill-iżviluppatur biex jerġa’ jiddisinja l-proġett. L-applikazzjoni sussegwentement ġiet irtirata mill-applikant ftit tax-xhur wara. 

Fil-laqgħa pubblika tal-lum, il-Bord tal-Ippjanar ġie ppreżentat bi proġett ta’ disinn kompletament ġdid. Il-proġett il-ġdid neħħa s-supermarket u l-uffiċċji proposti u llimita l-proġett għal faċilità ta’ żoni rikreattivi, 12-il ħanut żgħir bl-imnut, tliet stabbilimenti tal-catering u childcare centre. Il-proġett se jinkorpora wkoll pjazza pubblika kbira ġdida fil-lokalità.

Iż-żewġ stutturi li se jinbnew, wieħed ta’ disa’ sulari u l-ieħor ta’ seba’ sulari, se jakkomodaw 136 appartament residenzjali ta’ kwalità għolja u faċilità ta’ parkeġġ taħt l-art għal 356 post ta’ parkeġġ u 108 garaxx.

Ekonomija

Sport